Rugby
Malta Rugby Football Union: Imut Kyle Mason, plejer tat-tim nazzjonali

Il-Malta Rugby Football Union u l-komunità Maltija tar-rugby, jinsabu f’luttu għall-mewt tal-plejer tat-tim nazzjonali Malti, Kyle Mason.

Mason, ta’ 36 sena, miet il-Ħadd li għadda tard filgħaxija.

TVM Sport għamel kuntatt ma’ Steve Busuttil, President tal-Malta Rugby Football Union, li min-naħa tiegħu, b’ton li għadu maħsud u xxukkjat qalilna:

“Traġedja kbira. Ninsabu xxukkjati. Jiddispjaċini ħafna. Il-ħsibijiet tiegħi u tal-komunità kollha tar-rugby bħalissa huma biss mal-familja tiegħu.”

Mason u plejer Malti-Ingliż u fil-passat lagħab anki mat-tim tar-Royal Navy, fl-Ingilterra.

Il-klabb lokali tar-rugby, Valletta Lions RFC, sellmu lil Kyle Mason, fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ta’ Facebook.

Fil-ħin li ġej, il-Malta Rugby Football Union, mistennija joħorġu stqarrija uffiċjali dwar il-mewt ta’ Mason.

TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Mason.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Mir-Rugby Europe Conference South 1, Malta ħadet l-ewwel rebħa tal-istaġun 2019/20 meta għelbet lill-Islovenja bil-punteġġ 42 għal 14. Din kienet l-ewwel logħba għal dan l-istaġun, bit-tim Malti kien qiegħed jilgħab…

Rugby

Rugby: L-Afrika t’Isfel jagħmluha għat-tielet finali fl-Istorja tagħhom meta llum fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja għelbu lil Wales b’punteġġ ta’ 19 għal 16. Il-partita kienet waħda bilanċjata ħafna iżda l-Isprinboks dehru aktar…

Aktar