Futbol lokali
Malta tavvanza sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA

Malta telgħet sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA li ħarġu dalgħodu.

Is-sit tal-FIFA rraporta din l-aħbar bi prominenza fuq it-tim nazzjonali ta’ pajjiżna u sejjaħ lit-tim nazzjonali Malti bħala ‘the biggest climber of the month’.

Issa, it-tim nazzjonali ta’ pajjiżna jinsab fil-180 post mill-186 li kien fih sax-xahar li għadda.

Malta hu l-aktar pajjiż li għamel qabża ’l fuq fir-rankings tal-FIFA għal dan ix-xahar, sitt postijiet.

Il-Belġju baqgħu fl-ewwel post tal-lista. Isegwu Franza u l-Brażil.

L-Ingilterra jinsabu fir-raba’ post mentri l-Italja tinsab fit-12-il post.

Miktub minn...
TVM Sport