Futbol internazzjonali
Malta tieħu l-ewwel punt fil-UEFA Nations League, draw mal-Ażerbajġan 1-1

UEFA NATIONS LEAGUE

Malta………..1

Ażerbajġan..1

Malta tieħu l-ewwel punt tagħha fil-UEFA Nations League meta fit-tieni logħba minn Grupp 3 ta’ League D spiċċaw draw ta’ 1-1 kontra l-Ażerbajġan. Dan kien l-ewwel punt għall-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia fl-ewwel żewġ logħbiet tiegħu.

Wara t-telfa li pajjiżna sofra fil-Gżejjer Faroe nhar il-Ġimgħa li għadda, il-kowċ Ray Farrugia għamel tliet bidliet mill-ħdax li bdew l-ewwel konfront fil-UEFA Nations League. Fid-difiża Zach Muscat ċeda postu lil Ryan Camilleri filwaqt li f’nofs il-grawnd Ryan Fenech beda minflok Rowen Muscat. Fl-attakk Jean Paul Farrugia ħa post Alfred Effiong.

Fl-ewwel azzjoni perikoluża tagħhom, il-Maltin fetħu l-iskor. Kienu għaddew 9 minuti u Michael Mifsud ittanta jippenetra fil-kaxxa imma kien imwaqqa’ u mill-11-il metru Andrei Agius venven xutt fix-xibka biex għeleb lil Agayev għal 1-0. 23 minuta u Aliyev prova xutt mid-distanza li iżda sab lil Hogg attent biex salva minn mal-art. Fil-25 minuta l-Maltin kienu fortunati li żammew il-vantaġġ wara li Nazarov kompla l-ballun fil-kaxxa u Madatov minn taħt il-lasta ra l-ballun jaħbat mal-wieqfa. Minuta wara l-Ażeri għamlu l-iskor indaqs. Kien il-freekick ta’ Almeida, Hogg irnexxielu jippanċja, il-ballun wasal għand Tamkin Khalilzade li minn qagħda angolata f’tarf il-kaxxa l-kbira tefa’ wara Hogg għal 1-1.

Mal-50 minuta l-Maltin tilfu ċans tad-deheb li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ meta Mbong daħal tajjeb mil-lemin u tefa’ cross insidjuż li sab lil Paul Fenech li bir-ras indirizza għal ġewwa u filwaqt li l-għajta tal-gowl dwiet mal-istadium nazzjonali minħabba li ċċaqalqet ix-xibka, il-ballun deher imur barra. It-tieni taqsima kienet pjuttost kwieta u l-goalkeepers fuq kull naħa ftit li xejn kellhom x’jagħmlu. Bir-riżultat jibqa’ 1-1 sat-tmiem, dan kienet it-tieni draw bejn Malta u l-Ażerbajġan, meta fl-2015 ir-riżultat kien dak ta’ 2-2 f’Ta’ Qali.

Riżultat finali: Malta 1  Ażerbajġan 1

Referee: Nikola Dabanović (Montenegro)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fid-derby ta’ Manchester il-Ħadd li għadda, kienu ħafna li tkellmu dwar kif il-maniġer Pep Guardiola beda b’seba’ plejers li xtara hu stess kemm ilu mal-klabb, filwaqt li Jose Mourinho għażel…

Futbol internazzjonali

Kienet lejla li żgur irid jinsa malajr dik tal-Ħadd li għadda, għaliex għal Gonzalo Higuain l-affarijiet ma setgħux imorru aktar ħażin milli marru. Bħalissa Higuain jinsab ma’ Milan, b’sena self…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol aċċettat l-ingaġġ permanenti ta’ Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid. Minn mindu ħa lit-tim f’idejh l-Arġentin, Real irnexxilhom jirbħu l-erba’ logħbiet li lagħbu fi żmien…

Futbol internazzjonali

Real Madrid mistennija jaħtru lil Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. L-Assoċjazzjoni Spanjola qalet li kienet irċiviet il-kuntratt ta’ Solari mil-La Liga, iżda ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali tal-klabb…

Aktar