Basketball
Basketball tan-Nisa: Malta fis-semifinali tal-Logħob għall-Pajjiżi Zgħar

Fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żghar Ewropej, li qegħdin isiru fl-Eleftheria Arena ta’ Nicosia, f’Ċipru, Malta lagħbet it-tieni partita fi Grupp A.

Il-Maltin sfaw megħluba mill-Irlanda 78-48, biex Malta spiċċat il-grupp fit-tieni post, wara l-istess Irlanda u ż-żewġ timijiet għaddew ghas-semi finali. Għall-Maltin l-aħjar skorer kienet Kristy Galea, b’14 il-punt, fosthom erba’ trippli.

Aktar tard illum jilgħabu Lussemburgu kontra Ċipru, minn Grupp B, biex ikunu magħrufa l-erba’ semi finalisti.

Intant għada hija ġurnata ta’ mistrieħ, bis-semi finali jintlagħbu nhar is-Sibt li ġej.

Malta tilgħab fis-6.00pm, probabbilment kontra Lussemburgu, waqt li l-Irlanda jiltaqgħu kontra Kosovo.

Il-finali u l-logħba għat-tielet post isiru nhar il-Ħadd li ġej.

Tista’ tara l-logħba sħiħa kontra l-Irlanda hawnhekk

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League