Futbol lokali
Malta U17 – magħżula l-21 plejer li se jieħdu sehem fil-kamp ta’ taħriġ

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard din il-ġimgħa. Dan it-training camp ta’ ħamest ijiem huwa parti mill-preparazzjoni għar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat UEFA U-17 2018/19.

It-tim Malti ta’ taħt is-17-il sena se jilgħab kontra l-Awstrija, s-Slovenja u l-Bulgarija fi Grupp 3 waqt il-mini tournament li se jsir fis-Slovenja f’Ottubru li ġej. Il-kowċ tat-tim Malti Noel Turner u l-assistent tiegħu Ronald Vella se jieħdu skwadra ta’ 21 player għal dan il-kamp ta’ taħriġ.

Il-logħob ta’ ħbiberija kontra Frosinone huma skedati għall-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju u l-Ħadd 17 ta’ Ġunju, biż-żewġ logħbiet jibdew fil-17:00. Il-plejers magħżula huma:

Goalkeepers: Dylan Ciappara (Mosta); Reeves Cini (Pietà Hotspurs); Matthias Debono (Ħamrun Spartans)

Difensuri: Gianluca Borg (Pietà Hotspurs); Ismael Borg (Mosta); Matthew Ellul (Hibernians); Kurt Galea (Pietà Hotspurs); Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs); Luke Daniel Musu (San Ġwann); Sean Schembri (Qormi); Miguel Tabone (Ħamrun Spartans)

Midfielders: Leo Agius (Floriana); Emerson Camilleri (Pietà Hotspurs); Nikolai Farrugia Cross (Birkirkara); Jordan Kelly (St Andrews); Glen Mifsud (Hibernians); Gianluca Sciberras (Mosta); Owen Spiteri (San Ġwann)

Attakkanti: Jake Bone (Pietà Hotspurs); Jake Engerer (Cesena); Mattia Veselji (St Andrews)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Hibernians……2 Pieta’ …………..1 Gowl fil-ħin miżjud mis-sostitut Nicolas Taylon Correa ta’ rebħa drammatika lil Hibernians li għelbu lil Pieta’ Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1. Minkejja t-telfa, Pieta’…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Birkirkara……1 Balzan…………0 B’penalty skorjat minn Jake Grech wara kwarta logħob Birkirkara kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun kontra Balzan f’konfront dirett bejn żewġ kontestanti għat-titlu. Rebħa li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Qormi………1 Senglea…….0 It-tim promoss ta’ Qormi bdew l-avventura tagħhom fil-Kampjonat Premier bl-aħjar mod meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0. Iż-żewġ timijiet dehru bl-iskwadra l-ġdida…

Futbol lokali

Mosta FC akkwistaw il-firma ta’ player żagħżugħ ieħor. Dan hu Messikan, ta’ 22 sena bl-isem ta’ Misael Miranda Gómez li kien fuq il-kotba ta’ St.Andrews l-istaġun li għadda. Il-player iffirma…

Aktar