Futbol lokali
Malta U19 – Rebħa fuq San Marino fl-ewwel logħba ta’ ħbiberija

MALTA U19…1
SAN MARINO U19…0
(HT 0-0)
Brite Ihuomah 76’

Rebħa għat-tim Malti ta’ taħt id-dsatax-il sena f’partita ta’ ħbiberija fuq San Marino fis-Centenary Stadium bl-iskor ta’ 1-0.

Gowl tar-rebħa fis-sebgħa u sebgħin minuta għat-tim Malti tal-kowċ Andrea Tedesco u l-assistant Stefano Grima, skurjat minn Brite Ihouham attakkant ta’ Hibernians.

Tieni friendly għaż-żgħażagħ Maltin dejjem kontra l-istess San Marino pit għada l-ġimgħa dejjem fis-Centenary Stadium, tibda fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu.

Malta – Miguel Spiteri, Zean Leonardi, Isaac Cutajar, Jake Micallef, Nathan Sultana, Matteo Gambin, Nikolai Micallef, Dale Mifsud (Brite Ihuomah 72), Benjamin Hili (Shaisen Attard 67), Andrea Zammit (Jed Valletta 72), Brooklyn Borg (Jamie Scerri 78)
Coach: Andrea Tedesco

San Marino – Pietro Amici, Nicola D’Addario (Michele Ercolani 46), Andrea Dolcini, Luca Terenzi (Diego Zavoli 81), Alberto Guerra, Alessandro Gambalvo, Marco Gasperoni (Massimiliano Moroni 76), Simone Santi, Marco Pasolini, Filippo Pasolini, Nicholas Lisi (Matteo Guidi 42).
Coach: Fabrizio Costantini

Referee :- Philip Farrugia (Malta).

Miktub minn...
Rodney Vassallo