Futbol lokali
Malta U21 – Il-kowċ Silvio Vella jagħżel it-18

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella illum ħabbar l-iskwadra finali ta’ 18-il plejer għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-kampjonat ewropew kontra l-Iżvezja li se tintlagħab nhar il-Ħamis li ġej. Il-logħba se tintlagħab fis-Centenary Stadium u tibda fis-5.30pm.

Fl-għażla tiegħu Vella inkluda sitt plejers li ftit jienm ilu kienu qed jiffurmaw parti mill-iskwadra nazzjonali mmexxija minn ray Farrugia u li ħadet sehem fi training camp fl-Awstrija u lagħbet ukoll żewġ logħbiet kontra l-Armenja u kontra l-Ġorġja.

Is-sitt plejers huma Jake Grech, Jurgen Degabriele, Joseph Mbong, u Dunstan Vella li għamlu d-debutt tagħhom mal-kbar fl-Awstrija, filwaqt li Myles Beerman u Kyrian Nwoko qed jirritornaw fl-iskwadra ta’ taħt il-21 sena.

Christian Mercieca ta’ Victoria Hotspurs li kien magħżul ukoll bħala l-aqwa plejer tas-sena tal-GFA kien imsejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra.
It-tim Malta ta’ taħt il-21 sena għadu qed ifittex l-ewwel punt tiegħu f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni, iżda issa it-tim Malti jrid jilgħab l-aħħar erba’ logħbiet f’daru. Fil-fatt wara l-impenn kontra l-Iżvezja, malta terġa tkun fl-azzjoni kontra l-Belġju fis-7 ta’ settembru, kontra l-Ungerija fit-12 ta’ Ottubru u ttemm l-impenji kontra Ċipru erbat ijiem wara.

L-iskwadra kollha msejjħa minn Silvio Vella hi din:
GOALKEEPERS
Jake Galea (Ħamrun S.); Matthew Grech (Floriana)
DIFENSURI
Jean Borg (Valletta); Kurt Shaw (Sliema W.); Karl Micallef (Ħamrun S.); Dunstan Vella (Hibernians); Neil Tabone (Żejtun C.)
ĊENTRALI
Juan Corbalan (Gżira UTD); Michele Sansone (Sliema W.); Jake Grech (Birkirkara); Nikolai Muscat (Gżira UTD); Zachary Scerri (Gżira UTD); Christian Mercieca (Victoria H.); Zachary Brincat (Mosta)
ATTAKKANTI
Jurgen Degabriele (Hibernians); Myles Beerman (Glasgow Rangers, Skozja); Joseph Mbong (Hibernians); Kyrian Nwoko (Valletta)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telghu l-poloz tal-Ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League u ċ-Champions Maltin Valletta telgħu biex jilgħabu kontra Kukesi tal-Albanija. Ir-rebbieħa tal-logħbiet jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li t-telliefa…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard…

Futbol lokali

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC. Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn…

Futbol lokali

Partita minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena, ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fl-Italja s-sena d-dieħla: Telfa ta’ 4-0 għal Malta kontra l-Iżvezja fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. L-Iżvedizi ħadu biss 3…

Aktar