
L-ewwel ġurnata tat-tlielaq tad-19-il edizzjoni tal-Kampjonat Internazzjonali Mapfre Middlesea Euromed , organizzata mill-Malta Young Sailors Club, raw 187 żagħżugħ u żagħżugħa jikkompetu f’żewġt itlielaq fil-Mellieħa f’kundizzjonijiet ta’ temp perfett.
Optimist (Open and Cadet)
L-ikbar flotta tat-tellieqa tikkonsisti f’121 parteċipant.
1st | Soma Kis-Szölgyémi | Ungerija |
2nd | Pierre Jully | Żvizzera |
3rd | Edo Filk | Kroazja |
Il-Malti Richard Schultheis daħal fir-raba’ post, meta ġie fit-tmien u r-raba’ post fl-ewwel u t-tieni tellieqa rispettivament.
Optimist (Novice)
Wara l-ewwel ġurnata tat-tlielaq, il-klassifikazzjoni ta’ din il-klassi kienet magħmula minn kompetituri Maltin li jirrappreżentaw tliet klabbs lokali. Total ta’ 26 baħri ħadu sehem f’din il-klassi.
1st | Nicolay Bartolo | Birzebbugia Sailing Club |
2nd | Andre Azzopardi | Malta Young Sailors |
3rd | Vanja Ramm Ericcson | Royal Malta Yacht Club |
Laser 4.7
Il-flotta magħmula minn 18-il parteċipant, raw lil Saul Vassallo, ta’ 15-il sena, jieħu l-aqwa post tal-ġurnata, wara li rebaħ l-aħħar tellieqa.
1st | Saul Vassallo | Malta | Malta Young Sailors |
2nd | Andrey Verdysh | Ukraine | TST Odessa |
3rd | Alana Coakly | Ireland | RSGYC |
Laser Standard
Ħdax-il kompetitur ħadu sehem bl-għola post għal Malta kien miksub minn Karl Miggiani li ħa t-tieni post fiż-żewġt itlielaq.
1st | Jacob Kiells | Sveżja | Sailcoach |
2nd | Karl Miggiani | Malta | Malta Young Sailors |
3rd | Hamza Al-Ali | United Arab Emirates | Abu Dhabi Sailing & Yacht Club |
Laser Radial
Il-Malti Zachary Zammit kiseb l-aħjar riżultat tal-ġurnata għal din il-klassi meta rebaħ it-tlielaq kollha.
1st | Zachary Zammit | Malta | Malta Young Sailors |
2nd | Nethra Kumanan | Ukraine | Royal Malta Yacht Club |
3rd | Ahmed Alhammadi | United Arab Emirates | Abu Dhabi Sailing & Yacht Club |
It-tlielaq ikomplu għada, il-Ħamis 20 ta’ Diċembru fl-10.00am meta jkun hemm tlett itlielaq. Se jkun hemm żewġ żoni separati għall-Klassijiet Laser u Optimist.
It-tlielaq qed isiru taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjali Peter Dimech (Klassi Optimist) u Roula Galani mit-Turkija (Klassi Laser).
Id-19-il edizzjoni tar-Regatta Euromed hi sponsorjata minn Mapfre Middlesea u appoġġjata minn Yachting Malta.