MAN CITY CHAMPIONS GĦAR-4 DARBA – IT-TIENI BARCLAYS PREMIER LEAGUE FI 3 SNIN

Barclays Premier League – Manchester City Champions

Cardiff 1 – 2 Chelsea
Fulham 2 – 2 Crystal Palace
Hull 0 – 2 Everton
Liverpool 2 – 1 Newcastle
Man City 2 – 0 West Ham
Norwich 0 – 2 Arsenal
Southampton 1 – 1 Man Utd
Sunderland 1 – 3 Swansea
Tottenham 3 – 0 Aston Villa
West Brom 1 – 2 Stoke

Klassifika Finali – Man City 86, Liverpool 84, Chelsea 82, Arsenal 79, Everton 72, Tottenham 69, Man United 64, Southampton 56, Stoke 50, Newcastle 49, Crystal Palace 45, Swansea 42, West Ham 40, Sunderland 38, Aston Villa 38, Hull 37, West Brom 36, Norwich 33, Fulham 32, Cardiff 30.

Barclays Premier League, Manchester City ċampjins tal-Ingilterra għar-raba darba fl-istorja tagħhom, t-tieni Barclays Premier League għalihom fi tliet snin, wara li għelbu lil West Ham United bl-iskor ta’ 2-0.

Gowl kull taqsima għat-tim immexxi fl-ewwel staġun tiegħu mill-manager Ċilen Manuel Pellegrini.

Kien il-Franċiż Samir Nasri li bi ġmiel ta’ xutt fetaħ l-iskor fid-disgħa u tletin minuta, biex fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-captain Vincent Company ssiġilla r-rebħa.

Rebħa inutli għal Liverpool li għelbu lil Newcastle 2-1 wara li sal-mistrieħ kienu gowl minn taħt.

Magpies fil-vantaġġ minn awtogowl ta’ Martin Skrtel, biex fit-tieni taqsima, Liverpool kisbu r-rebħa b’żewġ gowls f’żewġ minuti minn Daniel Agger u Daniel Sturridge.

Chelsea spiċċaw fit-tielet post wara li għelbu lil Cardiff City 2-1 barra minn darhom.

U Arsenal se jkun ir-raba tim fil-UEFA Champions League l-istaġun li gej meta spiċċaw ir-raba, u temmew l-impenji fil-Kampjonat b’rebħa ta’ 2-0 għand Norwich City li min-naħa tagħhom kienu kkonfermati bħala t-tielet tim relegat ghac-Championship.

Se jkunu Tottenham li flimkien ma Everton se jilgħabu fil-UEFA Europa League.

Iż-żewġ timijiet temmew il-kampjonat b’rebħa, Everton 2-0 għand Hull City, Tottenham 3-0 f’darhom kontra Aston Villa.

Manchester United temmew staġun diżapuntanti bi draw ta’ 1-1 għand Southampton.

U f’riżultati oħra, draw ta’ 2-2 bejn Fulham u Crystal Palace, Swansea għelbu lil Sunderland 3-1 barra minn darhom, u West Brom tilfu f’darhom 2-1 kontra Stoke City.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar