Futbol internazzjonali
Managers tal-Premier League u Captains jaqbżu lill-PFA u jfasslu ftehim biex inaqqsu l-pagi

Bħalissa fl-Ingilterra għadejja manuvri bejn diversi coaches u captains tat-teams ta-Premier League sabiex jinstab l-aħjar mod ta’ kif b’mod kollettiv ikun hemm ftehim fuq tnaqqis ta’ pagi għal kulħadd f’dan iż-żmien diffiċli.

Hekk kif jidher li n-negozjati tal-PFA il-Professional Footballers Association ma waslu għall-ebda konklużjoni, diversi managers u players għada mistennija jingħaqdu permezz ta’ video conference u mistennija jaqblu fuq proposta ta’ 30% tnaqqis fil-pagi ta’ kull coach u kull player.

Huma qed isostnu li bir-rieda tagħhom se jgħinu sabiex il-Clubs ikunu jistgħu jibqgħu b’saħħithom finanzjarjament. Huma qed jipproponu wkoll li parti mit-30% tingħata lill-NHS in-National Health Service tar-Renju Unit biex tgħinhom fil-ħidma kontinwa tagħhom.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gernot Rohr ħabbar li se jibqa’ kowċ tat-tim nazzjonali tan-Niġerja. Rohr wasal għal dan il-ftehim wara xhur ta’ negozjati mal-Federazzjoni tal-futbol tan-Niġerja. Il-federazzjoni kienet talbet lil Rohr iqatta’ aktar ħin…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder ta’ Everton Jean-Philippe Gbamin se jkollu jdum barra għal sitt xhur wara injury fl-għarqub. Il-plejer ta’ 24 sena mill-Kosta tal-Avorju kien iffirma ma’ Everton mingħand Mainz għas-somma ta’ kważi…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Iskozja se tkun qed tikteb lill-Gvern Skoċċiż fis-sigħat li ġejjin u titolbu biex l-istaġun il-ġdid jibda fl-1 ta’ Awwissu. Il-Ministru tal-Isport fl-Iskozja, Joe Fitzpatrick, se jkun qed jiltaqa’…

Futbol internazzjonali

Sid il-klabb ta’ Brescia, Massimo Cellino, qal li għamel żball li fis-sajf li għadda ġab lil Mario Balotelli mat-tim tiegħu. Balotelli, ta’ 29 sena, skurja ħames gowls ma’ Brescia f’dan…

Aktar