Futbol internazzjonali
Manchester City dikjarati Champions tal-Premier League Ingliż 2017/18

Manchester City dikjarati Champions tal-Premier League Ingliż 2017/18 dan wara li iktar kmieni llum Manchester United tilfu f’darhom, 1-0 kontra West Bromwich Albion. Goal skorer għal WBA kien Jay Rodriguez b’goal skorjat fit-73minuta. B’dan ir-riżultat Manchester City issa ma jistgħux jintlaħqu aktar hekk kif fadal ħames logħbiet għal tmiem l-istaġun u għandhom vantaġġ diġa’ ta’ 16 -il punt

Fis-St James’ Park Newcastle renħu kontra Arsenal 2-1. Friski mil-kwalifikazzjoni għas-semi finali tal-UEL Arsenal kienu maħsuda minn Newscastle li b’dawn it-tliet punti jsaħħu posthom f’nofs il-klassifika tal-Premier Ingliż.

Alexandre Lacazette kien poġġa lill-Gunners 1-0 minn fuq wara kwarta logħob. Ayoze Perez ġab id-draw qabel il-mistrieħ u Matt Ritchie fit-tieni taqsima għamel l-ikskor 2-1.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Futbol internazzjonali

Heimer Hallgrimsson irriżenja minn kowċ nazzjonali tal-Iżlanda wara 7 snin. Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Iżlanda. Il-kowċ ta’ 51 sena mexxa lit-tim Iżlandiż għall-ewwel tazza tad-dinja fl-istorja tal-pajjiż fejn…

Aktar