Manchester City jirbħu l-Capital One Cup

Manchester City rebħu l-Capital One Cup wara li fil-finali f’Wembley għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 3-1.

Il-Black Cats fil-vantaġġ sal-mistrieħ b’gowl ta’ Fabio Borini, biex fit-tieni taqsima, Manchester City dawru telfa f’rebħa b’gowls minn Yaya Toure, Samir Nasri u Jesus Navas.

Barclays Premier League

Tottenham H – Cardiff City 1 – 0

Swansea – Crystal Palace 1 – 1

Aston Villa – Norwich City 4 – 1

Klassifika – Chelsea 63, Liverpool 59, Arsenal 59, Man City 57, Tottenham 53, Everton 48, Man United 45, Newcastle 43, Southampton 39, Aston Villa 31, West Ham 31, Stoke 30, Hull 30, Swansea 29, Norwich 28, Crystal Palace 27, West Brom 25, Sunderland 24, Cardiff 22, Fulham 21

 

F’White Hart Lane, Tottenham Hotspur għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta’ 1-0, bil-gowl li ddeċieda l-partita jasal man-nofs siegħa logħob mill-attakant Roberto Soldado.

Draw ta’ 1-1 bejn Swansea u Crystal Palace.

Wara li skorja gowl inutli fil-UEFA Europa League kontra Napoli f’nofs il-ġimgħa, l-attakant Jonathan De Guzman reġa sab ix-xibka meta fetaħ l-iskor għas-Swans fil-ħamsa u għoxrin minuta, biex lejn it-tmiem, fawl fil-kaxxa ta’ Chico fuq Glenn Murray, biex mill-ħdax-il metru wara li tkeċċa d-difensur ta’ Swansea, kien l-istess Glenn Murray li skorja l-ewwel gowl tiegħu f’dan il-kampjonat biex ta punt prezzjuz lil Palace.

U f’Villa Park rebħa komda għal Aston Villa fuq Norwich bl-iskor ta’ 4-1.

Kienu l-Canaries li permezz ta’ Wesley Hoolahan marru fil-vantaġġ wara tliet minuti, biex ir-reazzjoni tal-Villa kienet immedjata, u l-Belġjan Cristian Benteke bi ġmiel ta’ gowl ġab id-draw.

L-istess attakant Belġjan Christian Benteke irdoppja għat-tim tiegħu ftit wara minn azzjoni ta’ korner, biex l-internazzjonali Olandiż Leandro Bacuna żied gowl ieħor għat-tim minn Villa Park.

Aston Villa ssiġillaw ir-rebħa qabel il-mistrieħ minn awtogowl ta’ Sebastian Bassong għal skor finali ta’ Aston Villa erbgħa, Norwich City wieħed.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar