Futbol internazzjonali
Manchester City jistennew bil-ħerqa d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City għelbu lil Brighton 5-0 u allura għamlu ċert li ser itemmu l-kampjonat fit-tieni post, xorta waħda għad hemm id-dubju jekk humiex ser ikunu qed jikkompetu fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

Is-City kienu sospiżi mill-UEFA aktar kmieni din is-sena biex għas-sentejn li ġejjin ma jeħdux sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej, imma huma appellaw mid-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv. Id-deċiżjoni ser titħabbar illum, biss tkun xi tkun id-deċiżjoni l-mira ta’ Manchester City li f’dan l-istaġun jirnexxilhom jirbħu l-uniku kompetizzjoni li għadu ma rebaħx magħhom Pep Guardiola.

Jekk kemm-il darba d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv tkun favur Manchester City, allura l-ewwel erba’ timijiet li jtemmu l-istaġun jikkompetu huma fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Jekk min-naħa l-oħra d-deċiżjoni tkun kontra s-City, min ser jispiċċa l-ħames fil-kampjonat fl-Ingilterra ser jikkwalifika awtomatikament għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar