Futbol internazzjonali
Manchester City joffru l-Eithad Stadium lil NHS

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se jkun hemm kważi l-Executive Boxes u l-Confernce Rooms kollha trasformati f’ċentri ta’ taħriġ għat-tobba u Nurses f’Manchester biex dawn ikomplu jippreparaw għall-kriżi COVID-19.

Din mhiex l-ewwel darba li Manchester City se jkun qed jgħinu lill-kommunita’ għaliex anke sentejn ilu fl-2017 meta kien hemm l-attakki terroristiċi fil-Manchester Arena huma kien offrew dawn il-kmamar bħala akkomodazzjoni temporanja lill-membri tas-salvataġġ, lill-vittmi u anke lill-familji tagħhom.

Intant il-Club ikkonferma li kemm Raheem Sterling u Steph Houghton se jkunu fost il-personalitajiet sportivi li se jgħinu lill-NHS fil-kampanja #StayHomeSaveLives.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Luttu gravi fil-familja Gattuso. Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Francesca Gattuso, li tiġi oħt il-kowċ ta’ Napoli u ex plejer ta’ AC Milan Gennaro Gattuso. Hi kellha 37 sena….

Futbol internazzjonali

Ralph Hasenhuttl, il-Manager ta’ Southampton, ġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra sal-2024. Il-Manager ta’ 52 sena ilu fil-kariga għal 16-il xahar wara li kien bidel lil Mark Hughes f’Diċembru…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Odion Ighalo estenda l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester United sa Jannar 2021. Ighalo, ta’ 30 sena, ingħaqad mar-red Devils f’Jannar li għadda mingħand Shanghai Shenhua fiċ-Ċina. L-ewwel kuntratt…

Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Aktar