Futbol internazzjonali
Manchester City qrib li jakkwistaw lil Ferran Torres

Manchester City mistennija jakkwistaw lill-winger Ferran Torres mingħand Valencia. Skont il-media Ingliża, Manchester City ser iħallsu kważi £21 miljun għall-akkwist tal-Ispanjol. Torres għad għandu 20 sena u fl-istaġun li għadu kif spiċċa skorja sitt gowls u għamel tmien assists ma’ Valencia. Sfortunatament it-tim ma tantx mar tajjeb tant li spiċċa fid-disa’ post tal-klassifika.

Skont il-ġurnal The Times, il-plejer żagħżugħ ser jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-klabb Ingliż, b’Manchester City malajr isibu plejer minflok Leroy Sane li telaqhom biex ingħaqad ma’ Bayern Munich.

L-istaġun għal Manchester City għadu ma ġiex fi tmiemu għaliex fadlilhom żgur jilagħbu t-tieni leg tar-Round tas-16 tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid. Manchester City għadhom qed jittamaw li jirbħu dan it-trofew għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar