Manchester City – Wara li ttrijonfaw …. issa jiccelebraw!!!

Manchester City dal għodu qamu bħala ċampjins ġodda tal-futbol fl-Ingilterra.

Ir-raba unur mirbuħ minnhom fl-istorja, it-tieni Barclays Premier League fi spazju ta’ tliet snin.

Wara r-rebħa fl-aħħar partita tagħhom bl-iskor ta’ 2-0 fuq West Ham, li permezz tagħha temmew il-Kampjonat fil-quċċata, żewġ punti fuq Liverpool, ma setgħax jonqos li l-plejers tas-City joħorgu jiccelebraw.

Stilel tat-tim fosthom Sergio Aguero, Fernandinho, Alvaro Negredo, Samir Nasri u Joe Hart inġabru f’daqqa l-Ħadd fil-għaxija flimkien man-nisa u t-tfajliet tagħhom, fejn baqgħu sa kmieni dal-għodu jiċċelebraw dan ir-rebħ tal-Kampjonat.

Il-captain Vincent Kompany akkumpanjat minn marthu Carla tant kien kuntent li fil-għaxija, li għalkemm imbiddel bħal-kumplament ta’ sħabu, baqa bix-xalla tat-tim imdawra m’għonqu għal ħafna ħin mis-serata.

Company meqjus fost l-iktar favoriti mal-partitarji taċ-ċampjins Ingliżi, kien fost l-iskorers fir-rebħa tal-bierah bl-iskor ta’ 2-0 fuq il-Hammers.

Preżenti ukoll għaċ-ċelebrazzjoni l-partitarju doc ta’ Manchester City, il-leġġenda tal-band popolari Oasis Liam Gallagher.

Ma setax jonqos il-manager Manuel Pellegrini li ukoll attenda għal xi ħin, u li diġa qed jaħseb fl-istaġun li ġej, fejn sfida lil plejers tiegħu li jerġgħu jiltaqgħu ghal party ieħor ta’ ċelebrazzjoni is-sena d-dieħla.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar