Manchester United waqqfu l-interess tagħhom fl-Arġentin Paulo Dybala wara li deher ċar li huwa ma xtaqx imur f’Old Trafford. Sa tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester United u Juventus kienu ftiehmu li Lukaku u Dybala jibdlu l-klabbs, imma l-Arġentin ried li jiltaqa’ mal-kowċ Maurizio Sarri għaliex xtaq jiġġieled għal postu fit-tim.
Permezz ta’ tweet, Manchester United għamluha ċara li qegħdin ifittxu plejer ieħor wara li temmew l-interess tagħhom f’Dybala, u dan minħabba li deher evidenti għall-aħħar li l-Arġentin ma riedx jingħaqad magħhom. Barra minn hekk, issemmew l-ispejjeż tal-paga ta’ Dybala u l-flus li ried l-aġent tiegħu bħala fatturi oħra għala r-Red Devils qegħdin iwaqqfu l-interess tagħhom fil-plejer. Dan ifisser li lanqas Romelu Lukaku mhu se jmur mal-Juventus.