Futbol internazzjonali
Manchester United joffru €50 miljun għal Nikola Milenkovic

Skont rapporti li ħerġin mill-Italja u li kienu rrappurtati f’The Daily Mirror, jidher li Manchester United offrew is-somma ta’ €50 miljun għad-difensur ta’ Fiorentina, Nikola Milenkovic. Ir-Red Devils kellhom jaġixxu wara li ma rnexxilhomx jakkwistaw lid-difensur ta’ Leicester City, Harry Maguire, u dan għaliex ma jridux iħallsu s-somma ta’ €100 miljun għall-plejer Ingliż.

Jekk it-trasferiment ta’ Milenkovic iseħħ, allura l-Viola jkunu għamlu profitt tajjeb minn dan il-plejer ta’ 21 sena li ngħaqad magħhom sentejn ilu għas-somma ta’ €5 miljun mingħand Partizan Belgrade. Fl-aħħar żewġ staġuni fl-Italja, Milenkovic skorja 3 gowls fi 53 logħba li lagħab ma’ Fiorentina.

Matul dan is-suq tat-trasferimenti, il-manager Ole Gunnar Solksjaer diġa’ ffirma lill-midfielder ta’ Swansea Daniel James, u lid-difensur laterali ta’ Crystal Palace, Aaron Wan-Bissaka.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Eluf ta’ partitarji Finlandiżi ħarġu fit-toroq jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni storika tal-Finlandja għall-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej, l-EURO 2020. Il-Finlandja għelbu lil Liechteinstein bi skor ta’ 3-0 biex aċċertaw mit-tieni post ta’…

Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Aktar