Futbol internazzjonali
Manchester United se jfittxu għad-danni lis-sidien tal-logħba tal-kompjuter Football Manager

Manchester United se jkunu qed ifittxu għad-danni lis-sidien tal-logħba tal-kompjuter Football Manager talli użaw l-arma u l-isem tagħhom mingħajr permess u mingħajr ma ħallsu drittijiet ta’ xejn.

Ir-red Devils qed jgħidu li isimhom jidher u jissemma kullimkien waqt il-proċess tal-logħba.

Manchester United fetħu kawża kontra l-kumpaniji Sega Publishing u Sports Interactive li ħolqu l-logħba Football Manager.

Il-klabb qed jgħid ukoll li Sega u Si użaw logo tal-klabb tagħhom li mhux dik uffiċjali u dan jista’ jħalli riperkussjonijiet fuq il-klabb.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri. F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Beppe Barletti, ex kontributur tal-programm 90 Minuto fuq ir-RAI. Barletti kien mir-reġjun ta’ Piemonte u kien il-korrispondenti ta’ Juventus u Torino fiż-żmien li 90 Minuto kien jippreżentah…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA qed tistenna d-dati tal-fixtures il-ġodda tal-Premier League Ingliż u tas-Serie A sabiex tkun tista’ tiffinalizza d-dati tal-kontinwazzjoni tal-kompetizzjonijiet ta’ dan l-istaġun. Il-Premier League Ingliż kien l-aħħar kampjonat li ħabbar…

Futbol internazzjonali

Kollox qed jindika li ntlaħaq ftehim bejn Inter u Paris St Germain biex il-player Arġentin Mauro Icardi jsir player tal-Pariġini għal kollox. Icardi kien diġa’ wera’ x-xewqa li jibqa’ fil-Ligue…

Aktar