Futbol internazzjonali
Manchester UTD qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-pandemija

Manchester United taw donazzjoni t’apparat mediku u qed jipprovdu vetturi għat-trasport sabiex jissapportjaw lill-NHS fil-ġlieda kontra l-imxija tal-coronavirus. Barra dan, il-klabb t’Old Trafford qal li lest joffri partijiet mill-istadium sabiex jintużaw mill-NHS kif taħseb li jkun l-aħjar. Jidher li Old Trafford qiegħed fil-lista bħala riserva sabiex ikun ċentru tal-għoti tad-demm.

Aktar kmieni, il-plejers kollha tar-Red Devils qablu li 30% tas-salarju tagħhom jingħataw lill-isptarijiet lokali u s-servizzi tas-saħħa, filwaqt li kkollaboraw ma’ plejers ta’ timijiet oħra sabiex twaqqaf il-fond Players Together.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Luttu gravi fil-familja Gattuso. Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Francesca Gattuso, li tiġi oħt il-kowċ ta’ Napoli u ex plejer ta’ AC Milan Gennaro Gattuso. Hi kellha 37 sena….

Futbol internazzjonali

Ralph Hasenhuttl, il-Manager ta’ Southampton, ġedded il-kuntratt ma’ Southampton b’erba’ snin oħra sal-2024. Il-Manager ta’ 52 sena ilu fil-kariga għal 16-il xahar wara li kien bidel lil Mark Hughes f’Diċembru…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Odion Ighalo estenda l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester United sa Jannar 2021. Ighalo, ta’ 30 sena, ingħaqad mar-red Devils f’Jannar li għadda mingħand Shanghai Shenhua fiċ-Ċina. L-ewwel kuntratt…

Futbol internazzjonali

Il-plejers Afrikani tal-futbol jinsabu għaddejjin b’kampanja madwar id-dinja li fiha qed juru l-appoġġ għal George Floyd, ir-raġel li nqatel waqt li kien qiegħed jinżamm taħt arrest mal-art minn Derek Chauvin,…

Aktar