Għawm
Mandat ta’ arrest kontra l-għawwiem Amerikan Klete Keller

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-għawwiem Amerikan Klete Keller wara li allegatament ipparteċipa fil-protesti tal-ġimgħa li għaddiet fil-bini tal-Capitol f’Washington.

Keller, rebbieħ ta’ żewġ midalji Olimpiċi tad-deheb flimkien ma’ Michael Phelps, kien identifikat bħala wieħed minn dawk li kien fil-folla ta’ partitarji ta’ Donald Trump li kienu involuti fl-inċidenti.

Keller deher quddiem il-bini liebes ġakketta tat-tim nazzjonali Amerikan tal-għawm.

L-Assoċjazzjoni tal-għawm fl-Istati Uniti ma rrisponditx dwar dan il-każ meta ġiet mistoqsija mill-media Amerikana.

Miktub minn...
TVM Sport