Futbol lokali
Mangia jsejjaħ 30 plejer: Magri Overend u Brown għall-ewwel darba. Iħalli tliet plejers ta’ Hibernians barra

Il-Kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-futbol Devis Mangia sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 30 plejer sabiex minn nhar it-Tnejn jibdew jitħarrġu flimkien in vista taż-żewġ impenji tat-tim nazzjonali Malti kontra sl-Slovenja home u kontra Ċipru barra minn Malta validi minn grupp H ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.

Issejjħu għall-ewwel darba d-difensur ta’ Floriana Adam Magri Overend u l-plejer James Brown li jilgħab ma’ St Johnstone fl-Iskozja. Mangia ħalla barra mill-iskwadra lill-veteran Andrei Agius, lil Ferdinando Apap u Bjorn Kristensen kollha ta’ Hibernians.

Din l-iskwadra taf tkun riveduta fi tmiem il-ġimgħa jekk iweġġgħu xi plejers waqt il-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa.

L-Iskwadra ta’ 30 plejer hija din:

GOALKEEPERS
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC); Jake Galea (Balzan FC); Matthew Grech (Pembroke Athleta FC)

DIFENSURI
Samir Arab (Balzan FC); Steve Borg (Gżira United FC); James Brown (St. Johnstone FC – SCO), Karl Micallef (Ħamrun Spartans FC); Zach Muscat (Casa Pia – POR); Enrico Pepe (BirkirkaraFC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC)

MIDFIELDERS
Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Triston Caruana (Valletta FC); Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC); Adam Magri Overend (Floriana FC); Nicolai Muscat (Gżira United FC); Brandon Diego Paiber (Floriana FC); Steven Pisani (Gżira United FC); Nevin Portelli (Gżira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- BE); Dunstan Vella (Hibernians FC); Dexter Xuereb (St Lucia FC); Yannick Yankam (Birkirkara FC)

ATTAKKANTI
Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Luke Gambin (Hamrun Spartans FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (Frosinone Calcio- ITA)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.