Boxing
Manny Pacquiao ffukat fil-ġlieda kontra Adrien Broner imma ma jeskludiex li jidħol fit-tellieqa għal President tal-Filippini

Manny Pacquiao, il-boxer Filippin li x-xahar li għadda għalaq 40 sena, qal li qiegħed jikkunsidra l-ħajja wara r-ring, meta bħalissa huwa ffukat fil-ġlieda li għandu kontra Adrien Broner. Iċ-ċampjin dinji tal-WBA Welterweight jaf li ser ikollu ġlieda diffiċli kontra Broner f’Las Vegas fid-19 ta’ dan ix-xahar.

Pacquiao qal li għalissa għad m’għandu l-ebda ġlidiet oħra ippjanati, u ser jieħu ġlieda ġlieda minn hawn ‘il quddiem anke minħabba l-età tiegħu. Pacquiao, magħruf ukoll bħala “PacMan” huwa magħruf għan-knockouts li jagħti lill-avversarji tiegħu, biss fl-aħħar ġlidiet li kellu ma rnexxilux jagħmel dan, sakemm f’Lulju li għadda ħasad għal kollox lil Lucas Matthysse meta fis-seba’ round fi Kuala Lumpur tah knockout biex rebaħ it-titlu.

Manny Pacquiao jinteressa ruħu wkoll fil-politika, u fil-preżent huwa senatur fil-Filippini u fil-preżent qiegħed iħammem jekk fl-2022 jippruvax jidħol fit-tellieqa għal President. Hu kkonferma li fil-preżent mhuwiex qiegħed jaħseb daqshekk fuq il-fatt li jilħaq President, imma hija possibiltà li għad għandu ċans jaħseb dwarha fix-xhur li ġejjin.

Pacquiao mhuwiex interessat li jieħu sehem fi ġlied t’esebizzjoni bħalma qiegħed jagħmel Floyd Mayweather u l-Filippin qal li kieku hu ma jiġġilidx fi ġlied simili bħalma ġġieled Mayweather fl-aħħar ġurnata tas-sena li għaddiet kontra l-Ġappuniż Tenshin Nasukawa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Xi nies f’Los Angeles setgħu ħasbu li raw meteoriti jaqbdu għaddejja fis-sema ta’ fuqhom nhar l-Erbgħa li għadda. Dan wara li The Red Bull Air Force wettqu stunt riskjuża għall-aħħar,…

Atletika

Esperjenza mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin fl-iSpecial Olympics World Games li saru f’Abu Dhabi mill-Ħamis 14 ta’ Marzu u li ser jiġu fi tmiemhom aktar tard illum biċ-ċerimonja tal-għeluq. Dan kien l-akbar…

Boxing

Iċ-champion tal-Heavyweight, Deontay Wilder, qal li qiegħed iħossu lest u demmu jbaqbaq għall-ġlieda li għandu kontra Dominic Breazeale f’Mejju li ġej. Iż-żewġ ġellieda ltaqgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbru…

Aktar