Futbol internazzjonali
Manuel Pellegrini jinħatar kowċ ta’ Real Betis

Il-klabb Spanjol ta’ Real Betis ħatru lil Manuel Pellegrini bħala l-kowċ tagħhom.

Pellegrini ffirma kuntratt ta’ tliet snin mat-tim ta’ La Liga.

L-ex kowċ ta’ Real Madrid, Manchester City u West Ham rebaħ il-Premier League Ingliż ma’ Manchester City fl-2013/14 u żewġ League Cups.

Hu kien diġà kkowċja fi Spanja lil Villareal u Malaga.

Miktub minn...
TVM Sport