Boxing
Marc James maħtur President tal-Malta Boxing Association

Il-Malta Boxing Association għandha President ġdid dan hu Marc James li ħa post Michael Bonello b’dan tal-aħħar kien wera’ x-xewqa li ma jkompliex fil-kariga.

F’Kumment lil TVM Sport Marc James irringrazzja lil Bonello għas-serviz li ta f’dawn is-snin kemm dam imexxi lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing.

James qal li fl-ewwel xhur tat-tmexxija tiegħu hu se jkun qed jaħdem sabiex ikabbar l-Assoċjazzjoni u jġib iktar titli tal-WBC f’pajjiżna.

Hu rrimrka fuq l-importanza ta’ relazzjoni tajba ma’ federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet internazzjonali fejn semma li diġa’ hemm ftehim mal-British Boxing Board of Control li dawn se jkunu qed jistiednu lill-uffiċjali tal-MBA fosthom referees u judges sabiex jattendu għall-attivitajiet tagħhom bħala parti minn pjan ta’ taħriġ kontinwu.

Marc James li hu referee liċenzjat mill-WBC u l-EBU fil-passat kien jokkupa l-kariga ukoll ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Association u kien strumentali biex diversi Clubs u Gyms f’pajjiżna ingħaqdu taħt il-kappa tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing.

Għalkemm il-ħatra tiegħu hija waħda interim, il-kariga ta’ Marc James mistennija tkun ratifikata u approvata fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MBA iktar tard dis-sena.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Aktar