Futbol internazzjonali
Marcus Rashford se jsir l-iżgħar plejer fl-Istorja li se jingħata Dottorat Onorarju mill-Università ta’ Manchester

L-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford se jsir l-iżgħar plejer fl-Istorja li se jingħata Dottorat Onorarju mill-Università ta’ Manchester, wara l-kampanja li kien għamel biex jgħin tfal fil-bżonn.

L-aħbar ikkonfermawha l-klabb tiegħu stess, Manchester United.

Rashford kien imfaħħar mill-Ingilterra kollha wara kampanja li kien għamel għall-vouchers tal-ikel għat-tfal fil-bżonn fi żmien il-vaganzi tas-sajf tas-sena l-oħra.

Rashford kien qal li meta kien żgħir, kien ingħata din l-għajnuna wkoll, minħabba l-faqar li kien jgħix fih.

L-attakkant ta’ 22 sena se jkun qed jingħaqad fl-istess serata ma’ Alex Ferguson u Bobby Charlton li wkoll se jingħataw dan l-unur mill-istess università.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Olympique Lyon u Manchester City se jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League wara li l-gimgha eliminaw lil Juventus u Real Madrid rispettivament Fil-Juventus Stadium il-Bianconeri riedu jirkupraw żvantaġġ ta’…

Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Aktar