Tennis
Maria Sharapova tirtira mit-tennis professjonali

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha.

Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21 ġimgħa fl-ewwel post tar-rankings mondjali tat-tennis.

Hi kienet rebħet l-ewwel unur maġġuri tagħha ta’ 17-il sena, it-tournament ta’ Wimbledon fl-2004.

Sentejn wara kienet rebħet l-Open tal-Istati Uniti.

Fl-aħħar xhur u snin, Sharapova kellha ħafna injuries fi spallejha u kellha tiġi operata diversi drabi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

L-ex Champion ta’ Wimbledon Goran Ivanisevic hu l-aħħar plejer tat-tennis li ħabbar li ttestja pożittiv għall-coronavirus. Ivanisevic kien preżenti wkoll għall-Adria Tour li organizza Novak Djokovic u li minnu diversi…

Aktar