Futbol internazzjonali
Mario Mandzukic jirrifjuta s-salarju ta’ Marzu: “Mhux sew li nitħallas meta kont b’injury u ma stajtx nilgħab”

L-attakkant ta’ AC Milan, Mario Mandzukic, għamel ġest mill-isbaħ u qed ikun imfaħħar mid-dinja sportiva kollha, speċjalment mid-dilettanti tal-futbol u dawk tal-kampjonat Taljan, Serie A.

Il-Kroat irrifjuta li jitħallas is-salarju tax-xahar ta’ Marzu mingħand AC Milan għax skont hu, “mhux sew li għandu jitħallas meta kellu injury u ma lagħab xejn.”

Xahar salarju għal Mandzukic ifissru ċ-ċifra ta’ €50,000.

L-ex attakkant ta’ Juventus u Bayern Munich kien iffirma kuntratt ta’ €300,000 għal sitt xhur mar-Rossoneri.

Il-President ta’ AC Milan, Paolo Scaroni, qal li dan kien ġest ta’ eċċezzjoni min-naħa tal-plejer li jikkonferma l-etikà u l-professjonalità tal-plejer.

Miktub minn...
TVM Sport