Futbol internazzjonali
Marko Arnautovic jingħaqad ma’ Shanghai SIPG

Futbol internazjonali: L-Eks player ta’ West Ham United Marko Arnautovic kien ippreżentat b’mod uffiċjali bħala l-akkwist il-ġdid tal-Club Ċiniż Shanghai SIPG.
Hu rraportat li Shanghai ħallsu mal-€25 miljun lil West Ham wara li kienu kkonvinċew lill-player sabiex imur jilgħab fiċ-Chinese Super League.
L-attakkant internazzjonali Awstrijak lagħab fil-passat fil-karriera tiegħu ma’ Inter u ma’ Stoke City ukoll. Hu mistenni jidebutta ma’ Shangai SIPG nhar l-Erbgħa kontra t-team ta’ China Fortune.
Il-Player se jkun qed jilgħab fit-team flimkien mal-players brażiljani Oscar u Hulk. Shangai SIPIG rebħu l-kampjonat Ċiniż l-istaġun li għadda u bħalissa jinsabu fit-tieni post tal-klassifika b’erbatax -il logħba għat-tmiem l-istaġun attwali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Aktar