Għawm
Marsaxlokk ASC: Kisbiet rekord fil-Guess International Easter Meet

Marsaxlokk ASC jista’ jkun l-iżgħar club tal-għawm f’Malta, iżda d-daqs ma jidhirx li huwa importanti għal din l-iskwadra determinata li għal darb’oħra halliet impatt fil-25 Guess International Swim Meet, li saret f’TalQroqq fil-weekend li għadda.

Hadu sehem total ta’ 367 atleti inkluż għawwiema mill-Olanda, ir-Renju Unit, l-Italja u s-Slovenja. Marsaxlokk ħadu sehem f’60 tiġrija hu ħadu 19-il Midalja tad-Deheb, disa’ fidda u 10 midalji tal-bronż.

Kimberly Cachia Castelletti, ta’ 20 sena, għamlet Rekord Nazzjonali ġdid fil-50m Butterfly. Mument storiku għall-klabb ta’ Marsaxlokk, bla preċedent. B’ħin ta’ kważi sekonda mill-ħin li kellha qabel. Ir-rekord preċedenti ta’ 28.77 sekonda kienstabbilit minn Nicola Muscat fl-2014.

L-għawwiema bniet ta’ Marsaxlokk ħadu sehem għall-ewwel darba fir-relays. Dawn kienu Kimberly Cachia Castelletti, Lisa Cini, Sasha Gatt u Alexandra McGonigle. Huma ħadu l- fidda fil-4 x 100m freestyle, it-tieni wara l-iskwadra Nazzjonali tal-ASA. Fit-4 x 200m freestyle ħadet sehem Maya Schembri Rodgers minflok Alexandrea McGonigli. Hawnhekk reġgħu ħadu Midalja tal-Fidda.

Erba’ Easter meet records ġew magħmula minn Alexandra McGonigle u Razvan Rath. McGonigle ddominat l-avvenimenti kollha tal-breaststroke. Hi rebħet il-50 metru, l-100 metru u anki 200 metru. Rath għamel rekord fil-50 metru breaststroke.

Bl-appoġġ sod tal-coaches Catalin Stan u Nigel McCarthy, ħafna mil-membri tal-iskwadra rreġistraw personal bests. Xi wħud minnhom tejbu l-ħinijiet tagħhom li kienu għadhom kemm kisbu f’kompetizzjonijiet internazzjonali reċenti li saru tliet ġimgħat ilu fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera.

Bl-isforzi tal-iskwadra ta’ Marsaxlokk ASC huma kisbu t-tielet post minn 25 klabbs parteċipanti. L-għawwiema, Sasha Gatt ġiet magħżula mill-Malta Olympic Committee biex tieħu sehem fil-Logħob li jmiss tal-COJI fi Sqallija.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Seba’ xhur wara li ngħaqdu flimkien bħala klabb tal-għawm, il-weekend li għadda, tliet atleti żgħażagħ minn Marsaxlokk ASC vjaġġaw lejn it-tieni laqgħa internazzjonali tagħhom tal-istaġun. Kyra Jade Debono, Sasha Gatt…

Għawm

Għawm: Żewġ rekord nazzjonali ġodda minn żewġ għawwiema tfajliet Maltin. Dawn ir-rekords inkisru minn Francesca Falzon u minn Leah Tati rispettivament. Falzon Young kisret ir-rekord nazzjonali tagħha stess fl-400 metru…

Għawm, Għawm

Grant Kritinzer, li mexxa lill-għawwiem Andrew Chetcuti għal żewġ parteċipazzjonijiet Olimpiċi inħatar b’mod uffiċjali bħala coach ta’ Sirens ASC. Kritinzer se jkun qed jieħu post Craig Gibbons li rritornu lura fir-Renju…

Aktar