Sports Internazzjonali
Martin Sonka jirbaħ l-ewwel titlu tar-Red Bull Air Race World Championship

Iċ-Ċek Martin Sonka rnexxielu jirbaħ l-ewwel titlu tiegħu fir-Red Bull Air Race World Championship, b’rebħa drammatika lbieraħ. Fit-Texas Motor Speedway, Sonka beda tmiem il-ġimgħa f’taqtiegħa ma’ tnejn oħra għat-titlu, meta kien ħames punti wara l-Amerikan Michael Goulian u 3 punti fuq l-Awstraljan Matt Hall. Kemm Sonka u anke Hall irnexxilhom jagħmluha għall-finali tal-Ħadd, filwaqt li Goulian kellu ġurnata ħażina ħafna s-Sibt, tant li spiċċa fit-8 post u allura spiċċa l-istaġun bi 73 punt.

Kien l-Awstraljan Hall li għamel l-aħjar ħin ta’ 53.100 sekondi, imma dan sakemm tar Skonta bl-ajruplan tiegħu, għaliex huwa għamel kien ta’ 52.976 sekondi biex mhux biss rebaħ f’Texas, imma anke rebaħ il-kampjonat 2018.

Fil-klassifika finali Skonta spiċċa l-ewwel bi 80 punt, Hall it-tieni b’75, filwaqt li Goulian spiċċa t-tielet bi 73 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il- futur tat- Tim SKY jinsab mdendel, wara li s-sid tat-tim u sponsor ewlieni, l-istazzjon televiżiv SKY ħabbar li kien ser itemm l-involviment tiegħu fit-tim wara t-tmiem tal- istaġun 2019….

Formula 1

Futur inċert għall-GP ta’ Spanja fis-snin li ġejjin, għaliex l-organizzaturi għadhom iridu jaslu għall-ftehim ġdid ma’ Liberty Media. Skont il-President taċ-ċirkwit tal-Katalunja, Vicenc Aguilera, huwa qiegħed jittama li jiltaqa’ mat-tmexxija…

Formula 1

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li…

Sports Internazzjonali

Illum intefgħu żewġ nomini, waħda ta’ Stokkolma u l-oħra konġunta bejn il-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo sabiex jospitaw l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kważi għaddej minn kriżi wara…

Aktar