Futbol internazzjonali
Massimo Cellino jgħid li għamel żball li ffirma lil Mario Balotelli ma’ Brescia

Sid il-klabb ta’ Brescia, Massimo Cellino, qal li għamel żball li fis-sajf li għadda ġab lil Mario Balotelli mat-tim tiegħu.

Balotelli, ta’ 29 sena, skurja ħames gowls ma’ Brescia f’dan l-istaġun.

Cellino qal li jekk irid, Balotelli jista’ jitlaq u ma jilgħabx aktar.

Brescia jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tas-Serie A, disa’ punti bogħod mis-salvazzjoni.

Cellino qal li dejqitu l-attitudni tal-plejer li jmur għat-taħriġ meta jrid u li hu għandu l-impressjoni li l-plejer ma jridx jgħix aktar fl-Italja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Barcelona 1   Espanyol 0 Gowl ta’ Luis Suarez fit-tieni taqsima kien biżżejjed biex Barcelona żammew il-pressjoni fuq Real Madrid fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika filwaqt li Espanyol in-naħa l-oħra spiċċaw relegati….

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Sampdoria 0 Atalanta kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex għelbu lil Sampdoria 2-0 u b’hekk qabżu lil Inter fil-klassifika tas-Serie A. Kien Toloi li fetaħ l-iskor fil-75 minuta u…

Futbol internazzjonali

Brighton & Hove Albion 1   Liverpool 3 Rebħa oħra għar-Reds ta’ Jurgen Klopp, din id-darba kontra Brighton & Hove Albion biex ħadu t-tletin rebħa tal-istaġun minn 34 logħba. Liverpool fetħu…

Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Aktar