Futbol lokali
Masters Football: Ħdax-il tim se jieħdu sehem fl-istaġun il-ġdid

Ħdax-il team maqsuma f’żewġ diviżjonijiet se jieħdu sehem fl-istaġun ġdid tal-Masters Football li jingħata bidu f’Settembru.

Fi preżentazzjoni lill-media, tħabbar li l-ewwel partiti taż-żewġ kampjonati nfishom se jintlagħbu f’Settembru: iżda aktar kmieni fl-istess xahar se jsir pre-season tournament bis-sehem tal-ħdax-il team kollha kemm huma. It-tournament se jintlagħab forma ta’ knockout: bil-polza tlaqqa’ tnejn mill-aqwa timijiet, iċ-champions Dingli Desana u Marsa White Stars, propju kontra xulxin fl-ewwel round.

Il-kampjonat premier tal-Masters se jkollu sitt timijiet: Dingli Desana, Marsa White Stars, Mosta Shaggy, Tarġa Gap, Rabat Ċavett, u Valletta. Dingli jiftħu d-difiża tat-titlu kontra Mosta.

Ħames timijiet oħra se jikkompetu fl-ewwel diviżjoni tal-Masters: Żurrieq, Tal-Qroqq u Naxxar: flimkien mat-timijiet ġodda ta’ Qormi Elektra u Żebbuġ Masters li ħadu post Wardija u Melita wara li dawn it-tnejn irtiraw.

Ħafna mill-partiti se jintlagħbu fil-ground tal-Oratorju tal-Mosta li għandu wiċċ artifiċjali ġdid, u l-oħrajn fil-ground ta’ Ħ’Attard.

Il-kampjonat premier tal-Masters se jkun għal darb’oħra appoġġjat minn MAPFRE MSV Life: waqt li Cisk huwa l-isponsor tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Aktar