Masters Football – rebħa għal Zurrieq Wolves fuq Cospicua Rangers

Il-bieraħ Zurrieq Wolves irreġistraw t-tieni rebħa minn l-istess numru ta’ partiti meta għelbu lil Cospicua Rangers 4-3 biex dawn issa tilfu ż-żewġ partiti li lagħbu.

II-partita kienet waħda pjaċevoli u Cospicua kien jimmerithom jaqsmu l-punti mal-avversarji.

Għal Cospicua Rangers skurjaw Massimo Borg, Edgar Degabriele u Stephen Tabone, waqt li l-gowls għal Zurrieq Wolves ġew minn Patrick Zammit, Mario Portelli u doppjetta ta’ Antoine Vella
Referee:      Rene Galea

Illum jilgħabu:  Bank of Valletta kontra Valletta FC, żewġ timijiet li għandhom rebħa kull wieħed, izda BOV lagħbu partita aktar.

Valletta għandhom skwadra interesssanti b’diversi plejers li kienu stabbiliti fil-passat, bħal Joe Zarb, Ray Sciberras, Sean Sullivan, Alex Busuttil,Jeremy Agius, Keith Fenech u oħrajn.

Miktub minn...
Rodney Vassallo