Sport Lokali
Masters Football: Tournament Internazzjonali

Il-Masters Football Malta se torganizza tournament internazzjonali bis-sehem ta ħames timijiet għada fil-Kumpless Sportiv ta’ Qormi FC.

It-timijiet huma Beavers tal-Ingilterra, Team Malta, Team Gozo, Team Nigeria, u Team Foreigners li magħhom se jilgħab l-istilla tas-Snin 90 u l-bidu tas-Snin 2000 Drasko Braunovic, ex- Rabat Ajax, Valletta u Birkirkara.

It-timiijiet kollha jridu jiltaqgħu kontra xulxin f’round robin, bl-ewwel tnejn klassifikati mbagħad jilagħbu l-finali. L-ewwel logħba tibda fl-10:00 u l-finali hi skedata għas-1.30.

Id-dħul għat-tournament huwa b’xejn, bl-ispettaturi kif ukoll players u uffiċjali mistiedna jagħtu kontribuzzjoni lill-Malta Community Chest Fund.

Miktub minn...
TVM Sport
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Jibdew il-kwartifinali fl-Open tal-Awstralja fejn fil-kategorija tal-irġiel diġa’ għandna l-ewwel semifinalist. Il-Grieg Stefano Tsitsipas t’20 sena rnexxielu jegħleb l-isfida tal-Ispanjol Roberto Bautista-Agut bi tliet sets għal wieħed, biex għall-ewwel darba…

Tennis

Fid-doubles taż-żgħażagħ Francesca Curmi flimkien mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh rebħu kontra l-koppja Maria Krupenina mir-Russja u l-Ukrena Daria Snigur. Krupenina u Snigur rebħu l-ewwel sett tal-logħba 7-5, b’Curmi u Bencheikh jirbħu…

Futsal

Kultant, fid-dinja tal-isport, jiġru kumbinazzjonijiet li jekk terġa’ tippruvahom għall-kumplament ta’ ħajtek ma jerġgħux jiġru. Tfajjel li s’issa għadu mhux magħruf b’ismu, irnexxielu jiskurja penalty fil-futsal u fl-istess xutt, iż-żarbuna…

Tennis

Suċċess għal Helen Pellicano fid-doubles taż-żgħażagħ fl-Open tal-Awstralja meta fil-logħba kontra Fernandez u Woods irnexxielha tirbaħ b’żewġ sets għal xejn. Pellicano kienet flimkien mal-Ispanjola Custic u bejniethom irnexxielhom ixejnu l-isfida…

Aktar