Olimpijadi TOKYO 2020
Matthew Abela ser jieħu walk over fil-logħba tal-lum

Fis-13:00 (ħin ta’ Malta), il-plejer tal-Badminton Matthew Abela kellu jerġa’ jkun fl-azzjoni fil-Musashino Forest Sport Plaza tal-Badminton f’Tokjo. Matthew Abela kien mistenni jilgħab kontra Soren Opti tas-Surinam iżda din il-logħba ġiet ikkanċellata minħabba li l-avversarju tal-Malti għandu l-Covid-19. B’hekk Matthew Abela ser ikun qed jieħu walk over fuq l-avversarju.

Matthew Abela jinsab fi Grupp H fejn il-Ħadd kmieni filgħodu diġà lagħab kontra ċ-Ċiniż Yu Qi Shi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA