Futbol lokali
Matthew Guillaumier jirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA

Il-midfielder tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Hamrun Spartans, Matthew Guillaumier, rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Malta Football Association.

Guillaumier kien inġieb mingħand Birkirkara fl-istaġun li għadda ftit ġimgħat wara li Joseph Portelli ħa f’idejh il-klabb tal-Ispartans.

Iċ-ċifra li tħallset għalih għadha meqjusa bħalha l-aktar waħda ta’ valur fl-Istorja tal-futbol Malti.

Guillaumier hu plejer regolari tat-tim nazzjonali Malti u fost l-aktar plejers tekniċi li hawn.

Hu twieled fid-9 ta’ April tal-1998.

Il-preżentazzjoni tat-trofew lill-plejer saret ftit tal-ħin ilu hekk kif intemmet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA.

Miktub minn...
TVM Sport