Badminton
Matthew Haynes appuntat bħala Head Coach tal-Akkademja tal-Badminton f’Malta

Bħala parti mill-istrateġija ta’ tkabbir u investiment fl-isport, Badminton Malta għada kif appuntat lil Matthew Haynes bħala l-Head Coach il-ġdid tal-Akkademja kif ukoll Direttur Tekniku tal-Assoċjazzjoni. Badminton Malta qed tkompli taħdem bis-sħiħ biex il-livell tal-badminton f’pajjiżna jkompli jitjieb, speċjalment wara l-parteċipazzjoni ta’ Matthew Abela fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.

Fil-passat Haynes kien konsulent għal Badminton Wales, u allura għandu esperjenza vasta fit-taħriġ ta’ livell għoli. Huwa kien Team Manager mat-tim ta Guernsey fil-Logħob tal-Commonwealth fl-2018 u lura fis-snin kien irrappreżenta lil Guernsey fejn rebaħ id-deheb fit-Team Event kif ukoll il-bronż fil-Mixed Doubles f’żewġ edizzjonijiet tal-Logħob tal-Gżejjer.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA