Futbol lokali
Matthias Debono jestendi l-kuntratt ma’ Hamrun Spartans sal-2023/24

Matthias Debono, il-gowlkiper żagħżugħ ta’ Hamrun Spartans, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2023/24.

Debono għandu 19-il sena u ddebutta mat-tim tal-kbar f’dan l-istaġun fl-aħħar parti mill-partita tal-Kampjonat BOV Premier kontra Santa Lucia.

B’dan il-ftehim, Debono sar parti mill-iskwadra tal-kbar ta’ Hamrun Spartans li issa għandha tliet gowlkipers.

Matthias hu wkoll il-gowlkiper tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena.

Miktub minn...
TVM Sport