Futbol internazzjonali
Matthijs de Ligt jasal f’Turin qabel it-trasferiment ma’ Juventus

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali tal-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda, mistenni jagħmel it-test mediku matul il-ġurnata tal-Erbgħa.

Wara ġimgħat sħaħ ta’ stennija sakemm intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ klabbs, permezz ta’ Twitter, Juventus ħabbru li de Ligt wasal f’Turin b’ajruplan privat. Anke l-plejer innifsu xtaq li jiċċelebra l-wasla tiegħu fil-belt Taljana tant li fuq video clip instema’ jgħid: “Hello Bianconeri, this is Matthijs, I’m really happy to be here.”

B’kollox huwa lagħab 117-il logħba għal Ajax u skorja 13-il gowl. Tlieta minnhom waslu fiċ-Champions League fl-istaġun li għadda biex it-tim Olandiż wasal sas-semifinali. De Ligt kien il-plejer li skorja l-gowl li elimina lil Juventus mill-istess kompetizzjoni. Għalkemm għad għandu 19-il sena, de Ligt diġa’ libes il-flokk tat-tim nazzjonali Olandiż 17-il darba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar