Mauricio Pochettino ma jeskludix li l-iSpurs jistgħu jisaħħu

Futbol fl-Ingilterra, ilum f’konfernza stampa il-Manager ta’ Tottenham Hotspur Mauricio Pochettino, qal li t-team tiegħu jinsab ippreprat sew għall-bidu tal-Premier League iżda jixtieq li l-iskwadra tiegħu tisaħħaħ iktar.

Pochetino sa issa rnexielu jikkonvinċi lil Club jiffirma żewġ players mitluba speċifikament minnu li kienu Vincent Janssen minn AZ Alkmaar u Victor Wanyama mingħand Southampton.

Waqt il-konferenza stampa ġiet ikkonfermata l-aħbar li Paul Mitchel li kien jokkupa l-kariga ta’ Head of Recruitment ħalla lill-Club tal-Ispurs.

Miktub minn...
TVM Sport
.