Futbol internazzjonali
Mauricio Pochettino pożittiv għall-COVID-19

Il-manager il-ġdid ta’ Paris St Germain Mauricio Pochettino ttestja pożittiv għall-COVID-19.

Hu mhux se jkun fuq il-bank tat-tim tiegħu għall-partita tal-lejla li PSG jridu jilagħbu barra minn darhom kontra Angers.

L-assistenti ta’ Pochettino Jesus Perez u Miguel D’Agostino se jkunu qed jieħdu ħsieb it-tim fil-partita tal-lejla.

Mauricio Pochettino nġatar kowċ ta’ PSG iktar kmieni dan ix-xahar meta l-klabb iddeċieda jneħħi lill-Ġermaniż Thomas Tuchel.

PSG jinsabu punt taħt il-leaders tal-klassifika Lyon.

Miktub minn...
TVM Sport