Moto GP
Maverick Vinales l-iktar veloċi fl-Olanda

Fil-Moto GP Maverick Vinales kiseb il-pole f’Assen għall-Grand prix tal-Olanda meta kiseb l-aħjar ħin kif ukoll waqqaf rekord ġdid fuq dan iċ-ċirkwit. Warajh bit-tieni l-aħjar ħin is-sewwieq l-ieħor fuq Yamaha Fabio Quartararo.

Dawn it-tnejn iddominaw is-sessjonijiet kollha ta’ provi li saru għal dan il-Grand prix. It-tielet l-aħjar ħin kien miksub minn Francesco Bagnaia fuq Ducati.

Takaaki Nakagami se jibda mir-raba’ pożizzjoni filwaqt li Johann Zarco ukoll fuq Ducati se jibda mill-ħames pożizzjoni. Fis-sitt post Miguel Oliveira, segwit minn Alex Rins u Jack Miller.

Diżappunt għal Marc Marquez li l-ġimgħa l-oħra rebaħ il-Grand Prix tal-Ġermanja. Hu kien qed jissielet għat-tielet l-aħjar ħin iżda waqa’ fid-disa’ dawra u finalment kellu jikkuntenta bl-20 ħin.

Miktub minn...
Chris Cassar