Motorsport
Max Verstappen isuq ir-Red Bull fit-toroq ta’ Palermo

Stunt mir-Red Bull fit-toroq ta’ Palermo hekk kif Max Vertsappen ipprova l-karozza fil-kapitali ta’ Sqallija.

Nhar il-Ħadd li ġej il-Formula 1 ser tkun iffukata fuq Monza, l-Italja, ċirkwit li mhuwiex il-favorit għas-sewwieq Olandiż. Kemm Verstappen innifsu u anke kritiċi oħra qed jgħidu li l-Ħadd li ġej huwa ċ-ċans għall-Mercedes u Lewis Hamilton li jirritornaw għar-rebħ. Fil-preżent Verstappen jinsab fil-quċċata tal-klassifika, 6 punti fuq Hamilton.

Is-sena li għaddiet Verstappen ma kienx temm it-tellieqa f’Monza għax kellu jirtira minħabba problemi mekkaniċi. Fis-snin ta’ qabel huwa temm fit-8 post fl-2019, fil-5 post fl-2018 u fl-10 post fl-2017.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA