Futbol internazzjonali
Mbappé diġa’ tefa’ għajnejh fuq il-Ballun tad-Deheb

Iż-żagħżugħ Kylian Mbappé diġa’ tefa’ għajnejh fuq il-Ballun tad-Deheb u f’kummenti li ta lill-media qal li la Cristiano Ronaldo u lanqas Lionel Messi mhuma ser jirbħu dan il-ballun din is-sena. Ronaldo u Messi tista’ tgħid li kkapparaw iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Ballun tad-Deheb f’dawn l-aħħar għaxar snin, għaliex daqqa wieħed u daqqa l-ieħor, dejjem kienu huma li rċevew dan it-trofew. Biss, Mbappé, il-Franċiż ta’ 19-il sena, qiegħed jgħid li din is-sena jmiss lilu li jirbaħ dan it-trofew prestiġġjuż.

Mbappé kien parti mit-tim ta’ Franza li fis-sajf li għadda rebaħ it-Tazza tad-Dinja fir-Russja, u matul dak ix-xahar huwa skorja 4 gowls, b’wieħed minnhom ikun fil-finali meta Franza għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 4-2. B’dak il-gowl, sar it-tieni plejer wara Pelé li rnexxielu jiskorja fil-finali ta’ Tazza tad-Dinja f’età daqshekk żgħira. Fit-Tazza tad-Dinja Mbappé kien ivvutat bħala l-Aħjar Plejer Żagħżugħ tal-kompetizzjoni, u fil-preżent huwa l-aqwa skorer fil-lig Franċiż bi 11-il gowl.

Skont Mbappé, “fil-preżent ħadd mhuwa aqwa minn Ronaldo u Messi, u ma nistgħux ngħidu li issa żmienhom spiċċa, għaliex inkunu nistgħu ngħidu dan meta jkun hemm xi ħadd li jkun aqwa minnhom. Biss jiena ma nemminx li xi ħadd minnhom ser jirbaħ il-Ballun tad-Deheb din is-sena, għaliex din kienet is-sena tat-Tazza tad-Dinja u dik il-kompetizzjoni tieħu preċedenza fl-għażla ta’ min jirbaħ it-trofew. Nittama li nkun jien li nirbaħ il-Ballun tad-Deheb din is-sena. Bħala nazzjonal irnexxielna nagħmlu xi ħaġa kbira. Tkun ħasra u inġusta jekk ma jkunx plejer Franċiż li jirbaħ il-Ballun tad-Deheb din is-sena.”

Filwaqt li Mbappé baqa’ sejjer sal-finali, kemm Ronaldo kif ukoll Messi spiċċaw eliminati mal-Portugall u l-Arġentina rispettivament fir-Rawnd tas-16. L-aħħar plejer Franċiż li rebaħ il-Ballun tad-Deheb kien Zinedine Zidane fl-1998, wara li t-tim ta’ Franza kien rebaħ l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ dik is-sena.

Il-Kroat Luka Modric, li fit-Tazza tad-Dinja kien ivvutat bħala l-Aqwa Plejer tal-Kompetizzjoni, għadu favorit li jirbaħ dan it-trofew. Modric huwa 14-il sena akbar minn Mbappé u allura l-Franċiż għad għandu żmien biżżejjed sabiex jirbaħ dan l-unur prestiġġjuż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex plejer tat-tim nazzjonali Ingliż David Beckham ħabbar li xtara 10% ta’ ismha fin-non league club ta’ Salford City. B’dan l-investiment, Beckham se jkun qed jingħaqad ma’ diversi plejers tal-1992…

Futbol internazzjonali

Rivelazzjoni personali min naħa tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FIFA u ex player ta’ Milan Zvonimir Boban li qal li hu spiċċa jaħdem mal-FIFA fl-uffiċċju ma’ Gianni Infantino għaliex il-President attwali ma’…

Futbol internazzjonali

Il-pulizija ta’ Guernsey, fi stqarrija li ħarġu ftit tal-minuti ilu, qalu li qegħdin jimxu fuq erba’ possibiltajiet li setgħu seħħew mill-għibien tal-ajruplan li fuqu kien hemm l-akkwist il-ġdid ta’ Cardiff…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Aktar