MMA - UFC
McGregor arrestat f’Corsica

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku.

Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u l-prossekuzzjoni tal-belt ta’ Bastia mexxiet bl-akkużi l-bieraħ.

Kelliem għall-familja ta’ McGregor bgħat komunikat lill-New York Post biex jiċħad l-akkużi li qed isiru fil-konfront tiegħu.

McGregor li għandu 32 sena kien qiegħed fuq vakanza mal-familja tiegħu abbord Jott flimkien mal-għarusa tiegħu u ma ibnu madwar il-Meditterran. Hu kien ħabbar li se jirtira mix-xena tal-UFC għat-tieni darba madwar erba’ xhur ilu.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.