Boxing
McGregor jgħid li ser imexxi lil Poirier bħal kelb

Conor McGregor wiegħed li ser ipatti għat-telfa aktar kmieni din is-sena kontra Dustin Poirier. It-tnejn li huma ser jerġgħu jiltaqgħu fit-triloġija ta’ ġlied fit-T-Mobile Arena ta’ Las Vegas.

F’Jannar li għadda, Mc Gregor kien pjuttost kumplimentuż qabel il-ġlieda kontra Poirier, imma lbieraħ irritorna għall-attitudni passata, fejn saħansitra wasal biex qal li lill-avversarju ser imexxih qiesu kelb.

Skont McGregor, ir-rebħa ta’ Poirier f’Jannar kienet fula f’qargħa, u ser jieħu vendetta s-Sibt.

Dustin Poirier irrisponda b’aktar kalma u qal li bħala ġellied immatura ħafna, sal-punt li ma jagħtix kas storbju ħiereġ mingħand McGregor. Poirier qal li kif rebaħ lil McGregor aktar kmieni din is-sena, jista’ jerġa’ jagħmilha, bir-rebbieħ bejniethom jiġġieled kontra l-Brażiljan Charles Oliveira għall-kampjonat tal-lightweight.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA