Sports Internazzjonali
Medvedev jirbaħ f’Cincinnati

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4.

Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed iservi għar-rebħa finali bil-punteġġ 5-4 fit-tieni set. Dan qabel ma’ rebaħ l-erba’ punti ta’ wara fejn tlieta minnhom waslu minn aces.

Dan kien it-tieni titlu tas-sena għal Medvedev li kien ġej minn żewġ telfiet konsekuttivi fiż-żewġ ħdud ta’ qabel kontra Nick Kyrgios f’Washington u Rafa Nadal f’Montreal.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Sports Internazzjonali

Eluf ta’ partitarji nġabru fil-belt ta’ Kansas biex jagħtu merħba lit-tim wara r-rebħ tas-Super Bowl. Il-Ħadd li għadda, The Kansas City Chiefs rebħu s-Super Bowl wara ħamsin sena, u l-partitarji…

Aktar