Futbol internazzjonali
Memphis Depay jingħaqad għall-pre season ma’ Barcelona

L-attakkant Memphis Depay ingħaqad għall-pre season ma’ Barcelona u ntlaqa’ mill-kowċ Ronald Koeman għall-ewwel darba.

Depay kien diġà taħt il-kowċ Ronald Koeman fi żmien li kien mat-tim nazzjonali tal-Olanda.

B’diversi plejers nazzjonali li qegħdin f’vaganza, is-sessjoni tal-bieraħ ta’ Koeman kienet ibbaħata l-aktar fuq l-attività fiżika.

Minbarra Depay, Barcelona akkwistaw diġà lil Sergio Aguero u Eric Garcia u għadhom qed jistennew l-aħbar ta’ Lionel Messi dwar il-kuntratt tiegħu.

Fi Spanja qed jingħad li Messi wasal biex jiffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin oħra.

Miktub minn...
TVM Sport