Formula 1
Mercedes jikkunsidraw li Hamilton ikun penalizzat

Mercedes qed jikkunsidraw li Lewis Hamilton jkun penalizzat. Dan mistenni jsir minħabba l-magna meta bħalissa qed tintensifika t-taqtiegħa għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Formula 1.

Bħalma għamel Max Verstappen fil-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet il-possibilta hija li Hamilton jagħmel l-istess. Dan biex kemm jista jkun jiġi evitat li s-sewwieq Brittaniku jkollu problemi tekniċi.

Interessanti li sa’ dan l-istadju tal-istaġun Hamilton saq bi tliet magni differenti.

Meta fadal seba’ tiġrijiet għal tmiem l-istaġun, jidher li Hamilton se jkollu bżonn juża magna oħra b’konsegwenza li peress li leħaq il-massimu ta’ użu ta’ tlett magni, Hamilton jkollu jkun penalizzat.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League